Il-wardens ġew ordnati jinfurzaw il-liġi tal-parkeġġ fi Strada Merkanti

Dan wara li dan il-portal ħareġ bir-ritratti u l-istorja ta' artist Malti li kiteb lil ministru Gorg Vella dwar parkeġġ illegali

Nhar it-Tlieta, dan il-portal ħareġ l-aħbar u ritratti ta' parkeġġ illegali fi strada Merkanti mill-karrozzi tal-Ministru tal-affarijiet barranin. Fil-fatt kien James Vella Clark, artist Malti li ġibed l-attenzjoni fuq il-facebook tiegħu lil Ministru Ġorġ Vella meta kiteb uffiċċjalment lil ministru u tefa r-ritratt fuq il-facebook. l-Illum għamlet dak li kellha dmir tagħmel li twassal dan l-ilment lil pubbliku ħalli fejn kellu jasal, jasal. U fil-fatt hekk sar għax il-wardens ingħataw direttiva li jagħmlu clamping u jinfurzaw il-liġi fuq numru ta' karrozzi tal-kiri tal-gvern li kienu qed jipparkjaw fi triq pedonali.

 

More in Kronaka