Aktar sħana fil-jiem li ġejjin

Malta l-aktar sħuna fl-Ewropa fejn diversi postijiet f'Għawdex qed jieħdu n-nar ħaxix niexef bix-Xlendi, Nadur, u Qala fost l-aktar li kien hemm nirien.

Il-heatwave fuq Malta se tkompli sa tmiem il-ġimgħa li ġejja fejn it-temperetauri se jkunu bejn is-36 u l-40 grad min

ħabba s-sistema ta' pressjoni għolja minn fuq l-Afrika. Bil-lejl ftit se jagħtina nifs għax it-temperaturi se jkunu bejn il-25 u 26 grad. Din titqies bħala heatwave minħabba li t-temperatura ta' filgħodu se teċċedi l-'climate mean' għal dik ta' 31.4 Cby li hi 5 gradi aktar għal ħamest ijiem li ġejjin u forsi anke aktar.

L-umidita se tibqa qawwija u din twassal biex it-temperatura tinħass bejn it-38 u 43 grad matul il=-ġirnata u 28 matul il-lejl. Il-UV Index se jkun fl-ogħla tiegħu bi 11+. Jekk tinnutaw ir-riskju li jaqbad il-ħaxix hu ħafna akbar mis-soltu fejn il-bieraħ fil-gżira Għawdxija speċjalment fix-Xlendi u l-Qala, Għajnsielem u anke Nadur ma waqfux bil-pulizija tat-tifi tan-nar għaddejjin minn post għall-ieħor. 

 

Informazzjoni minn Gozo Weather Page

More in Kronaka