Il-Forza tal-=ajru Torka bħalissa qed tattakka pożizzjonijiet tal_istat Iżlamiku fis-Sirja u anke pożizzjonijiet tal-militanti Kurdi fin-naħa ta' Fuq tal-Iraq biex tiddefendi is-sigurta tal-pajjiż.
Sadattant il-prim ministru Tork, Ahmet Davutoglu qal li ġew arrestati fit-Turkija 590 suspettati tal-ISIS u Kurdi. Dan ġara wara li l-ġimgħa l=-oħra attakk suwiċida mal-fruntiera tas-Sirja ħalla 32 mejta u l-attakk ġie mill-ISIS. Barra hekk kien hemm ġlied bejn suldati Torok u dawk tal-istat Iżlamiku fil-fruntiera li ħalla suldat Tork mejjet.
Il-militanti Kurdi qalu li nhar l-Erbgħa qatlu żewġ uffiċċjali tal-pulizija u qalu wkoll li huma kkolaboraw mal-istat Iżlamiku tal-bomba suwiċida li saret Suruc li kienet immirata lejn Soċjalisti Torok.
Dan kollu wassal biex it-Turkija qed tirritalja b'mod bla ħniena maż-żewġ frazzjonijiet.