40 karozza tal-linja ġdida fit-toroq Maltin

Il-Malta Public Transport tħabbar li se tasal konsenja ta' 40 karozza tal-linja ġdida fit-tieni ġimgħa ta' Awwissu.
 

Ix-xarabankijiet il-ġodda se jkunu idjaq u iktar faċli biex jinstaqu fit-toroq Maltin
Ix-xarabankijiet il-ġodda se jkunu idjaq u iktar faċli biex jinstaqu fit-toroq Maltin

Il-Malta Public Transport ħabbret li se jaslu 40 karozza tal-linja oħra mit-Turkija u li dawn se jkunu fit-toroq Maltin fit-tieni ġimgħa ta’ Awwissu. Din se tkun it-tieni konsenja ta’ xarabankijiet ġodda fit-torqod Maltin wara li xahar ilu, il-Malta Public Transport Limited żiedet 40 karozza oħra.

Dawn il-karozzi huma twal 9.6 metri u għandhom il-fakultà li jġorru madwar 60 passiġġier.

Il-Malta Public Transport Limited qalet li x-xarabankijiet il-ġodda huma iktar idjaq minn dan li hawn Malta bħalissa u li għalhekk jistgħu jinstaqu b’iktar kumdità.

Il-karozzi huma aċċessibli għal nies li jagħmlu użu mis-siġġu tar-roti u wkoll pushchairs.  Huma attrezzati ukoll b’ żewġ bibien fejn jistgħu jidħlu u joħorġu l-passiġġieri sabiex ikun hemm aktar effiċjenza.

Il-kumpanija qalet li bħalissa tim ta’ inġiniera qed jaħdmu flimkien mal-kumpanija Otokar biex janalizzaw il-kwalità tal-karozzi l-ġodda.

More in Kronaka