L-Armata ssalva 371 immigrant, 1,200 jiddaħħlu l-Italja

Il-Forzi Armati ta' Malta ssalva 371 immigrant f' żewġ operazzjonijiet ta' salvataġġ

Is-suldati tal-Forzi Armati Maltin salvaw 371 immigrant mill-għarqa f’ żewġ operazzjonijiet ta’ salvataġġ li saru f’ dawn l-aħħar erbat ijiem.

L-immigranti ġew salvati mid-dgħajsa tal-Forzi Armati ta’ Malta, l-P61, qabel ma ddaħħlu fi Sqallija. Fl-ewwel operazzjoni ta' salvataġġ, l-armata salvat 138 immigrant ‘il barra mill-kosta Libjana, filwaqt li fit-tieni operazzjoni ġew salvati 233 immigrant ieħor.

Id-dgħajsa tal-armata waslet lura Malta llum wara nofsinhar wara li kienet ilha erbat ijiem fuq il-baħar bħala parti mill-missjoni tat-tiftix u salvataġġ, “Triton”, tal-Frontex. L-armata assistiet ukoll il-Marina Militari u l-Guardia Costiera Taljana.

Intant, il-bieraħ, ġew salvati iktar minn 1,200 immigrant, bil-maġġoranza tagħhom jaslu mit-Tramuntana tal-Afrika u s-Sirja. L-Armata Taljana qalet li l-immigrant jinkludu 188 mara u 27 tifel u tifla. Huma ddaħħlu f’ Palermo wara li ġew salvati minn bastiment Norveġiz fil-baħar Mediterran. 468 immigrant ieħor idaħħal f’ Pozzallo abbord bastiment tal-armata Irlandiża.

Din is-sena, l-maġġoranza tal-immigranti ddaħħlu fil-Greċja u l-Italja, bin-numru ta’ immigranti li jirriskjaw ħajjithom mistenni jiżdied minħabba l-inkwiet u nuqqas ta’ sigurtà fil-Libja u fis-Sirja. Huma ikkalkulat ukoll li 1,900 immigrant mietu fi triqthom lejn l-Ewropa.

More in Kronaka