Karrozza Bomba toqtol żewġ suldati fit-Turkija

Impoġġija minn ribelli Kurdi

Karrozza Bomba daħlet f'vettura militari fin-naħa t'Isfel tat-Turkija, fejn qatlet żewġ suldati Torok u feriet erba oħra f'attakk minn ribelli Kurdi. Din ġrat ġurnata wara li l_gvern Tork attakkaw pożizzjonijiet tal-ISIS u tar-ribelli Kurdi fis-Sirja u l-Iraq.

Il-grupp tarr-ribelli Kurdi qalu li l-attakk fuqhom tat-Torok kien ifisser li l-waqfien mill-ġlied li kien intlaħaq ftehoim fuqu fl-2013 issa ntemm. It-Torok attakkaw lir-ribelli Kurdi wara li dawn kienu mdaħħlin fl-attakk suwiċida tal-ISIS li qatlu 32 Soċjalist fit-Turkija.

Il-Gvern Tork arresta madwar 600 suspettat alleati tal-ISIS u Kurdi. Il-Gvern Tork qal li l-armata bdiet operazzjoni biex jinqabdu min attakka lil dawn is-suldati. Kien hemm attakk fuq l-għassa tal-pulizija f'Diyarbakir li iżda anke jekk kien hemm ħafna sparar ma weġġa ħadd.

 

 

More in Kronaka