Sewwieq ħelisha ħafif wara li għal naqra ma baqax nieżel bil-vann b’kollox għal isfel minn fuq il-flyover ta’ bejn l-Mrieħel u l-bypass tal-Hamrun.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:30am meta għal xi raġuni mhux magħrufa, kien hemm impatt bejn il-vann u karozza oħra li jsuqu direzzjoni lejn l-iMrieħel. Mad-daqqa, l-karozza spiċċat tħares fid-direzzjoni opposta filwaqt li l-vann spiċċa mdendel u f’ xifer il-flyover.
B’ xorti tajba l-crash barrier waqfet il-vann milli jaqa’ għal isfel u s-sewwieq ma sofra l-ebda ġrieħi. Is-sewwieq tal-vettura ma weġġa lanqas.
Konsegwenza tal-inċident, it-triq kellha tingħalaq għal xi ħin u ikkawżat ammont kbir ta' traffiku.