Triq il-Kosta se terġa tinfetaħ għada filgħodu

Transport Malta tħabbar li Triq il-Kosta se tinfetaħ għada fil-ħamsa ta' filgħodu

Triq il-Kosta se terġa tinfetaħ għada fil-05:00 ta’ filgħodu, Transport Malta (TM) qalet.

Is-sewwieqa se jkunu jistgħu jgħaddu kemm minn Triq il-Kosta kemm mis-Salini għal Pembroke, kif ukoll fid-direzzjoni opposta. 

Wara x-xogħol f’dawn l-aħħar jiem, ħafna mis-sewqan se jsir fuq in-naħa tal-baħar, kemm ‘il fuq kif ukoll l-isfel.

TM qalet li x-xogħlijiet fi Triq il-Kosta għaddejjin b’ritmu tajjeb f’bosta sezzjonijiet tas-7.3 kilometri tat-triq.  Se jsir iżjed xogħol t’ asfaltar fil-ġimgħat li ġejjin.  Ix-xogħol għaddej ukoll fuq il-finishings tat-triq, fosthom crash barriers, dwal u l-marki gwida. 

Transport Malta qalet li jiddispjaċiha tal-inkonvenjent tul dan l-għeluq ta’ dawn l-aħħar jiem; għeluq li kien neċessarju. Nappellaw lix-xufiera biex isegwu s-sinjali tat-traffiku, iżommu mal-limiti tal-veloċita stabbiliti u biex ma jaqbżux karozzi oħra.

Ir-rotot alternattivi, mill-Bypass tal-Imġarr, Triq is-Salini, Mosta u Birkirkara ovvjament jibqgħu japplikaw u għandhom jiġu kkunsidrati.

 

More in Kronaka