Gwardjan f'Kordin aggredita minn priġuniera

Ġiet rappurtata lil pulizija biex jittieħdu passi kriminali fuq il-priġuniera

STQARRIJA MILL-FAĊILITÀ KORRETTIVA TA’ KORDIN 

Uffiċjal Korrettiv fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sfat aggredita minn priġuniera waqt li kienet qed issirilha tfittxija. L-Uffiċjal sofriet ġriehi minuri u ttieħdet il-polyclinic għall-osservazzjonijiet meħtieġa. 

L-Amministrazzjoni tal-Faċilità ħadet il-passi neċessarji kollha billi infurmat lill-pulizija tad-distrett bil-kas biex jittieħdu passi kriminali kontra l-priġuniera. 

More in Kronaka