Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw sajjied li nstab mitluf minn sensih f’dgħajsa tas-sajd Maltija madwar 11-il mill nawtiku fil-Lvant ta’ Malta.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna medika fuq il-baħar u ġie trasferit lejn il-ħelipad tal-Isptar San Luqa permess tal-ħelikopter AB212. Hemmhekk kien hemm ambulanza tistennih li ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura.