Mara ssofri ġrieħi gravi wara ħabta f'Ħal-Far

Żewġ żgħażagħ oħra jsofru minn ġrieħi ħfief

Ilbieraħ filgħaxija ħall-ħabta tal-għaxra u nofs seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ta’ Ħal Far, limiti ta’ Birżebbuġia.

Il-kollużjoni seħħet bejn vettura tat-tip Mazda Demio u VW Golf, fejn mal-impatt intlaqtet ukoll vettura tat-tip Fiat 500.

Fuq il-post issejjħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, sabiex jassistu l-passiġġier tal-vettura VW Golf, ġuvni ta’ 16-il sena, residenti Bormla, li ttieħed l-isptar permezz tal-ambulanza u iżjed tard ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.

Ix-xufier u l-passiġġiera tal-Mazda, ġuvni ta’ 27 sena u tfajla ta’ 23 sena, t-tnejn residenti Birżebbuġia, flimkien mal-passieġġiera tal-vettura Fiat, mara ta’ 32 sena residenti l-Mosta, ukoll ittieħdu l-isptar permezz tal-ambulanza.  

Il-guvni ta' 27 sena u t-tfajla ta' 23 sena qed isofru minn griehi ta' natura hafifa, l-mara ta' 32 sena qed issofri minn griehi ta' natura gravi.

Fil-waqt li l-ġuvni ta’ 27 sena ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi ħfief, il-kundizzjoni tal-persuni l-oħra għadha mhux magħrufa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M Farrugia LLD, li min-naħa tagħha ħattret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkejsta.

More in Kronaka