Għall-ħabta tal-ħamsa ta' waranofsinhar, mini bus tat-tip Toyota Coaster li kienet qed iġġor familja, ħabtet ma' Toyota Aygo, bil-karozzi jkollhom ħsarat estensivi. Iż-żewġ karozzi ħabtu f'xulxin b'mod frontali fil-by pass tal-Mellieħa.
Il-minibus kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta' 36 sena minn Ħaż-Żabbar, waqt li t-Toyota Aygo kienet qed tinstaq minn raġel ta' 25 sena mill-Mellieħa. Iż-żewġ sewwieqa u l-erba' passiġġiera Ingliżi tal-mini bus ittieħdu l-isptar. Il-ġenituri Ingliżi ta' 48 u 38 sena rispettivament kellhom magħhom iż-żewġt itfal tagħhom ta' 6 u 10 snin rispettivament.
Sitta mill-passiġġieri ttieħdu l-isptar għall-kura, fejn il-kundizzjoni tagħom, għadha mhix magħrufa.