Kunsillier ta' 25 sena mill-Mellieħa fil-periklu tal-mewt

Dario Vella kien involut f'inċident tat-traffiku fil-bypass tal-mellieħa lbieraħ

Dario Vella, kunsillier żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Mellieħa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ kien involut f'inċident ikrah tat-traffiku fil-bypass tal-Mellieħa fejn weġġgħu ħames persuni oħra fosthom familja sħiħa Ingliża, inkluż żewġ bniet ta' 6 u 10 snin rispettivament.

Dario Vella hu kunsillier Laburist fil-Mellieħa, iżda hu persuna maħbub ħafna kif turi l-paġna ta' Facebook tiegħu, fejn huma ħafna nies minn kull qasam li qed jixtiqulu l-fejqan ta' malajr. Hu attivist ħafna fil-festa tal-Mellieħa u anke jattendi kull attività li ssir tal-klabb Interist, Pupi Zanetti.

L-inċident ġara l-bieraħ meta mini bus tat-tip Toyota Coaster li kienet qed iġġor familja, ħabtet ma' Toyota Aygo li kienet misjuqa minn Dario, bil-karozzi jkollhom ħsarat estensivi. Iż-żewġ karozzi ħabtu f'xulxin b'mod frontali fil-by pass tal-Mellieħa.

 

More in Kronaka