Il-kummissarju tat-Tribunal Lokali, l-avukat Lynn Zahra, qalet li l-bus lane tul ix-xatt ta' Tas-Sliema u l-Gżira hi waħda illegali għax skont il-liġi, bus lane hi legali biss jekk tkun ħdejn żewġ karreġġjati oħra u mhux waħda, bħal fil-każ ta' Tas-Sliema.
Wieħed jistaqsi biss li jekk il-każ hu skont dak li qed tgħid il-kummissarju tat-Tribunal, kif Trasport Malta ħadet deċiżjoni kontra l-liġi? Suppost dawn ma jafux il-liġijiet tat-toroq?