Deputat tal-Gvern kontra li l-multikulturaliżmu f'Malta
Etienne Grech jisħaq li l-immigranti għandhom jaddottaw il-kultura Maltija u mhux ikollna soċjetà multikulturali
More in Kronaka
Etienne Grech jisħaq li l-immigranti għandhom jaddottaw il-kultura Maltija u mhux ikollna soċjetà multikulturali
Filwaqt li l-Gvern u l-Unjoni Ewropea qed jisħqu għall-integrazzjoni soċjali u kulturali tal-immigranti f'pajjiżna (u anke fl-istati membri l-oħra Ewropej) it-tabib Etienne Grech, deputat tal-Gvern, tefa' dubji dwar kif tista ssir integrazzjoni f'pajjiżna minħabba li l-immigranti ġejjin minn kulturi differenti.
Dan kitbu fil-paġna ta' Facebook tiegħu, fl-isfond tal-aħbar fejn allegatament, uffiċjal tas-sigurtà ta' dixxendenza Għarbija li kien qiegħed xogħol il-McDonalds ta' Buġibba sawwat biċ-ċintorin żewġt itfal Maltin ta' 12 u 13-il sena rispettivament.L-aħbar kienet annessa mal-kummenti li ħalla d-deputat fuq Facebook.
It-tabib membru Parlamentari Laburista kiteb hekk il-bieraħ fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu:
Immigrazzjoni: nippreferi li immigranti li jigu fostna (dejjem skont kemm nifilħu) jintegraw u jaddottaw il-kultura taghna, u mhux ikollna pajjiż multi-kulturali.. Kultura tagħna tipprevali..araw x'jigri minn immigrant li l-kultura tal-pajjiz minn fejn ġie isawwat lit-tfal (mhux tiegħu) biċ-ċinturin......ħaġa li ila żmien żemzem li nqatat mil-kultura tagġha (b'eċċezzjoni ta xi erba missierijiet li għadhom slavaġġ).