F’laqgħa li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu mal-impjegati tal-Mediatoday huwa żvela kif fiż-żmien li ġej, il-Gvern se jkun qiegħed jippublika espressjoni ta’ interess biex il-privat, jagħti l-ideat tiegħu dwar proġett ta’ trasport bil-baħar li jkopri ż-żona tal-Port il-Kbir. F’kummenti mal-ILLUM, kemm l-imprenditur Anġlu Xuereb kif ukoll il-General Manager tal-kumpanija Captain Morgan Kevin Zammit Briffa, urew interess li jissottomettu proposti għal dan il-proġett, ladarba jibda l-proċess.
Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li waqt l-aħħar sessjoni ta’ ‘Gvern li Jisma’ fil-Forti Sant’Iermu ħabbar li l-Gvern preżenti għandu l-intenzjoni li jerġa jqajjem mill-ġdid il-proġett ‘Connections’, li kien imniedi l-ewwel fl-1998 u li kien jikkonċerna trasport fuq il-baħar bejn il-Belt Valletta, Tas-Sliema u l-Kottonera.
Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM