Tarbija l-isptar wara li intlaqtet minn mera ta' trakk

Tifel ta' 10 xhur jittieħed l-isptar

Tifel t’għaxar xhur jinsab rikoverat l-isptar wara li ntlaqat f’rasu minn mera ta’ trakk. L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa u nofs fi Triq San Vinċenz f'Tas-Sliema.

Jirriżulta li t-tifel, li hu ta’ nazzjonalità Taljana, allegatament kien f’idejn ommu, li għandha 30 sena, u hekk kif ħarġu mid-dar tagħhom ġew wiċċ ‘imb wiċċ ma’ trakk Isuzu li laqat it-tarbija bil-mera.

It-trakk kien qed jigi misjuq minn raġel ta’ 37 sena minn San Pawl il-Baħar.

It-tifel ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn qed jingħata l-kura għall-ġrieħi li sofra. Il-ġrieħi kienu ta' natura ħafifa.

L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Għassa Tas-Sliema, li kienu assistiti fuq il-post mis-Sezzjoni tat-Traffiku.

More in Kronaka