Ġuvni jweġġa gravi f’ħabta bejn żewġ vetturi

Ġuvni t’ 20 sena jsofri ġrieħi gravi f’ħabta fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu

Ġuvni t’ 20 sena sofra ġrieħi gravi f’ħabta bejn żewġ vetturi fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

Il-pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:15 ta’ filgħodu fi Triq Sant’Andrija, s-Swieqi, meta Ford Transit misjuq minn ġuvni ta’ 22 sena residenti Birżebbuga ħabat f’Peugeot 405 misjuqa minn ġuvni ta’ 20 sena mill-Imġarr.

Jirriżulta li l-ħabta seħħet meta l-Ford Transit kien qed jinstaq lejn Pembroke, filwaqt li fin-naħa l-oħra tal-karreġġjata, l-Peugeot 405 kienet qed tinstaq fid-direzzjoni opposta.

Iż-żewġ xufiera ttieħdu l-Isptar Mater Dei, fejn kien stabbilit li dak tal-Ford Transit sofra ġrieħi ħfief u dak tal-Peugeot 405 ġrieħi gravi.

Iż-żewġ vetturi ġarrbu ħsarat konsiderevoli.

L-investigazzjonijiet biex jiġi stabbilit x’wassal għal dan l-inċident tat-traffiku għadhom għaddejjin mill-Għassa ta’ San Ġiljan.

More in Kronaka