Il-Malti maqbud il-Libja allegatament kellu €300,000

Huwa mifhum li Carmelo Grech ilu għandu rabitet qawwija mal-Libja u mar-revoluzzjoni li neħħiet lil Gaddafi

Ir-raġel li bħalissa jinsab maħtuf fil-Libja, Carmelo Grech, allegatament kellu €300,000 fuqu meta nqabad mill-armata tal-Ġeneral Khalifa Haftar. Dan kien żvelat dalgħodu fuq il-ġurnal 'Times of Malta' li rrapporta wkoll kif Carmelo Grech, kaptan marittimu kellu rabtiet b'saħħithom mal-Libja u li kien qed jagħti l-appoġġ għar-rivoluzzjoni Libjana li waslet għat-tneħħija u sussegwentement il-mewt tal-eks dittatur Muammar Gaddafi.

Carmelo Grech kien irrappurtat li kien ilu arrestat għal din l-aħħar ġimgħa u kien maħtuf mill-Gvern ta' Tobruk li huwa rikonoxxut internazzjonalment.

More in Kronaka