Mara Ingliża ta’ 54 sena li toqgħod il-Mellieħa tinsab f’qagħda kritika wara li sofriet ġrieħi gravi f’inċident bejn żewġ karozzi fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 ta’ dalgħodu meta għal xi raġuni karozza Volkswagen Golf misjuqa minn ġuvni ta’ 23 sena ħabtet ma’ Sizuki Vitara misjuqa mill-mara li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta.
Mad-daqqa l-karozza tal-mara inqalbet fuq il-ġenb, bil-konsegwenza li l-mara nqabdet fiha.
Fuq il-post, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħarġu lil mara mill-karozza, filwaqt li ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei. Aktar tard hija ġiet iċċertifikatha li qed isofri minn ġrieħi gravi u li qegħda fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet għadhom għadejjin.