RITRATTI li bidlu l-istorja tad-dinja

Ritratti li ħatfu l-mument li bihom id-dinja stenbħet

Għażilna sett ta’ ritratti li meta tarahom jġagħluk taħseb u tinduna li dawn ir-ritratti huma storja fihom infushom. L-istorja tad-dinja tinbidel!

Il-Kap tal-pulizija tal-Vjetnam t’isfel Nguyen Ngoc Loan joqtol kiesaħ u biered uffiċċjal tal-Vjetkong li kellu jdejh marbuta f’Saigon fl-1968. Ir-ritratt kien meħud minn Eddie Adams, u kien sar wieħed mill-aktar ritrattai iebsa li juri l-ħruxija tal-gwerra. L-impatt politiku kien wieħed kbir fejn l-attitudni Amerikana lejn il-gwerra inbidlet u ammettew is-selvaġġerija li ġġib magħha l-gwerra.


22 ta’ Novembru, 1963 – il-ġurnata li nqatel il-president Amerikan John F Kennedy f’Dallas, Texas. Wieħed jista jara ras Kennedy mitluqa lura b’martu Jacqueline mitfugħa fuqu. L-assasinju tiegħu għadu sal-lum imdawwar b’tejoriji mħawda ta’ x’kienm hemm u min kien hemm wara l-qtil tiegħu.

5 Marines Amerikani u baħri tan-Navy itellgħu l-bandiera Amerikana fuq il-muntanja Suribachi fil-gżira Ġappuniża  ta’ Iwo Jima fit-23 ta’ Frar, 1945. Dan ir-ritratt kien qajjem sens ta’ tama li l-forzi Ġappuniżi ma kienx se jdumu ma jiġu mirbuħa u dan wassal biex miljuni ta’ Amerikani xtraw l-bonds tal-gwerra li wasslu biex tintrebaħ it-Tieni gwerra Mondjali.

6 ta’ Awwissu, 1945, il-bomba Amerikana msemmija, l-ewwel bomba atomika li ntużat fi gwerra li ntefgħet fuq Hiroshima u qatlet 140,000 persuna. It-tieni bomba msejha ‘Fat man’ ġiet imwaddba f’Nagasaki u qatlet 70,000 persuna oħra. Żewġ bombi li wasslu biex il-Ġappuniżi ċedew.

20 ta’ Lulju 1969: Apollo 11 l-astronawta Buzz Aldrin jimxi fuq il-qamar b’Neil Armstrong u l-module lunari riflessa fuq il-‘visor’.

11 ta’ Frar, 1990, Nelson Mandela ħareġ mill-ħabs ta’ Victor Verster f’Paarl, ħdejn Cape Town, fl-Afrika t’Isfel wara li qatta 27 sena maqful hemm bħala priġunier politiku. Meta nħeles kellu 71 sena. Il-Ħelsien tiegħu immarka bidu ta’ era ġdida fl-Afrika t’Isfel fejn ble-elezzjonijiet li mexxa fl-1994 temm l-oppressjoni razzjali.

13 ta’ Diċembru 2003. Saddam Hussein instab f’ħofra taħt l-art f’razzett mill-Amerikani. Ritratt li suppost wassal għal tmiem ta’ dittatur wassal għal gwerra ċivili bejn is-Sunni u x-

14 t’Awwissu, 1945, meta l-Ġappun ċediet u ntemmet l-aħħar gwerra dinjija baħri u mara inqabdu f’ritratt jagħtu bewsa ta’ ċelebrazzjoni. Bewsa maqbuda mill-fotografu Alfred Eisenstaedt fejn il-protagonisti ma nstabu qatt.

Ritratt meħud mill-fotografu Kevin carter li kien pubblikat fi New York Times fl-1993 b’vulture jistenna tifla tmut bil-ġuh fis-Sudan biex jiekol il-ġisem mejet tagħha. Ir-ritratt qajjem rabja kbira lejn il-fotografu għax kulħadd stennieh li flok joħdilha r-ritratt imur jsalvalha ħajjiotha u mhux ħalliha tmut. Il-fotografu qatel ruħu b’idejh tliet xhur wara li ppublika r-ritratt.

Il-Khmer Rouge, immexxija minn Pol Pot fil-Kambodia bejn l-1975 u l-1979, kien wara l-qtil ta’ 2 miljun persuna mal-pajjiż kollu. Il-vittmi dawk tal-iskola u l-intelletwali, li ġew maqtula bil-ġuħ, torturati, vjolentati sesswalment u maqtula.  Kienu jindifnu fg’oqbra tal-massa f’dawk hekk imsejha il-Killing Fields barra l-kapitali Phnom Penh.

Dan ir-ritratt ittieħed minn fotografu tal-gwerra Vjetnamiż, Nick Ut fl-1973 li qabad il-wiċċ ta’ tifla ta’ 9 snin tiġri mwerwra wara li ċarrtet ħwejjioġha minn fuqha li kienu qed jaqbdu wara li ajruplan tal-Vjetnam t’isfel bi żball tefa l-bomba hekk imsejha ‘Nepalm’ fuq in-nies tiegħu stess.  Ir-ritratt kexkex ħafna nies madwar id-dinja u hemm min jgħid lid an ir-ritratt ħaffef l-mixja biex tieqaf il-gwerra tal-Vjetnam.

Ġunju 1989 student Ċiniż qagħad quddiem it-tankijiet tal-gwerra fi Tiananmen Square biex iwaqqaf l-armata ċiniża tkompli toqtol studenti li kienu qed jiġġiedlu favur gvern demokratiku. Studenti okkupaw din il-pjazza għal seba’ ġimgħat sħaħ u ma telqux qabel l-vuċijiet tagħhom ġew mismugħa.

Ritratt li ġab mistħija fuq l-Amerikani. Att ta’ tortura fuq priġunier Iraqqin mill-armata Amerikana.  Dan ir-ritratt juri priġunier b’kullar m’għonqu umiljat bħal kelb. 11–il suldat Amerikan instabu ħatja ta’ torturi wara li deher dan ir-ritratt.

April 1945: Fritz Klein, tabib Nazista li kien jesperimenta fuq priġunieri fl-Olokawst jidher fir-ritratt imġiegħel mill-Inglżi li jidfen lil dawk li qatel f’ Bergen-Belsen, il-Ġermanja. Mit-38,500 li nstabu ħajjin meta l-Ingliżi ħelsu lil Lhud minn taħt in_nazi, 28,000 minnhom  mietu ftit wara. F’Diċembru Klein inqatel mill-Ingliżi billi għallquh. Bergen-Belsen kien l-ewwel kamp Nażista li kien liberat u ir-ritratti tiegħu taw l-ewwel provi lid-dinja dak li kien qed isir minn Nazi.

Ir-rebbieħa tal-Midalja tad-deheb Tommie Smith u l-midalja tal-bronż John Carlos juru l-ponn iswed fuq il-podju wara is-suċċess li kellhom fit-tiġrija tal-200 metru fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1968. Is-sinjal tal-Black Power fejn it-tnejn libsu l-badges tal- Olympic Project for Human Rights. Peter Norman l-Awstraljan abjad li rebaħ il-midalja tal-fidda libes ukoll il-badge favur id-drittijiet umani bħala solidarjeta mal-atleti suwed.  

Marcy Borders ħierġa mimlija trab mid-diżastru tat-twin Towers fid-9/11. Kienet qed taħrab mit-tiġrif meta fotografu ġibdilha dan ir-ritratt li baqa’ magħruf madwar id-dinja fejn baqgħet msemmija bħala ‘Dust Lady’. Minn dak inhar din l-imsejkan spiċċat tixrob, taħt dipressjoni u mietet ix-xahar li għadda fl-eta ta’ 42 sena b’kanċer tal-istonku.

Ir-ritratt li fl-aħħar wassal biex id-dinja tagħraf minn xhiex għaddejjin l-immigranti. Ritratt ta’ Aylan Kurdi it-tfajjel ta’ tliet snin misjub fuq il-bajja Torka li kexkex lid-dinja u qajjima min-nagħsa twila.

More in Kronaka