l-Armata ssalva baħri Spanjol minn fuq il-baħar

Baħri Spanjol ta’ 60 sena jinġieb Malta wara li jsib ruħù f’diffikultà ‘l barra mill-kosta Maltija

Il-baħri Spanjol inġieb Malta permezz tal-Forzi Armata ta'Malta
Il-baħri Spanjol inġieb Malta permezz tal-Forzi Armata ta'Malta

Baħri Spanjol ta’ 60 sena li sab ruħu f’diffikultà ‘l barra mill-kosta Maltija nġieb Malta b’mod sigur grazzi għall-intervent mill-Forzi Armati ta’Malta u ċ-Ċentru għall-Korrdinazzjoni tas-Salvataġġ.

Fi stqarrija, l-FAM qalu li l-vapur tal-merkanzija Maersk Pittsburgh ta l-għajnuna ukoll wara li ntbagħtet sejħa għall-għajnuna mill-baħri.

Ir-raġel ġie trasferit lejn il-bażi marittima f’Xatt it-Tiben fejn insab li kien f’saħħtu u ma kellux bżonn asisstenza medika.

Hu kien milqugħ mill-ambaxxatur Spanjol għal Malta, José Pons.

More in Kronaka