Tal-inqas 22 mejta wara li tinqaleb dgħajsa qrib it-Turkija

Dgħasa tinqaleb qrib il-kosta fejn kien instab mejjet it-tifel Sirjan Aylan Kurdi

Dgħajsa qrib il-kosta Torka, inqalbet iktar kmieni illum wara li kienet fi triqitha lejn il-gżira Griega ta' Kos. Minħabba dan l-inċident, minn tal-inqas 22 persuna tilfu ħajjithom. Il-Gwardjani tal-Kosta Torka qalu li kienu kapaċi jsalvaw 200 persuna oħra billi wassluhom lura sal-kosta.

Il-grupp kien allegatament qed jipprova jaqsam il-baħar Eġew meta d-dgħajsa li kienu jinsabu fiha inqalbet qrib il-peniżola ta' Datcha, qrib Bodrum fejn kien instab iċ-ċkejken Sirjan Aylan Kurdi, ġimagħtejn ilu.

 

More in Kronaka