Ħsara fil-vapur t’Għawdex ... jitħassru żewġ vjaġġi

Żewġt ivjaġġi tal-Gozo Channel jitħassru minħabba ħsara teknika fil-vapur MV Malita
 

Żewġ vjaġġi dalgħodu ġew imħassra minħabba ħsara tekinika li żviluppat fil-vapur MV Malita tal-Gozo Channel.

Fi stqarrija, l-kumpanija qalet li b’konsegwenza tal-ħsara, l-vjaġg tas-6:30am u l-vjaġġ tas-7:00am ġew imħassra. Il-kumpanija qalet li madankollu, l-vetturi kollha li kienu qed jistennew l-Imġarr ittellgħu abbord il-vapuri MV Ta’ Pinu u MV Gaudos fl-istess ħin.

Il-Gozo Channel avżat ukoll li issa s-servizz reġa lura skont l-iskeda normali.

More in Kronaka