‘Ma rridux niġu Malta...Irridu mmorru l-Italja’ - immigranti salvati dal-lejl

Ħames immigranti jinġiebu Malta u grupp ta' 78 oħra jirrrifjutaw u minflok ikomplu l-vjaġġ tagħhom lejn l-Italja

Grupp ta' 78 immigrant li kienu salvati mill-Forzi Armati ta' Malta matul il-lejl irrifjutaw li jiġu trasferriti lejn Malta sabiex minflok, ikomplu l-vjaġġ tagħhom lejn l-Italja.

Ħames immigranti oħra aċċettaw li jiġu Malta u ddaħħlu f'Xatt it-Tiben għal ħabta tas-6:30 ta' filgħodu. Dawn tal-aħħar ġew trasferriti minn vapur merkantili irreġistrat il-Panama, 'Tychi', għal fuq id-dgħajsa P52 tal-Forzi Armata ta' Malta.

Id-dgħajsa li kienu fiha kienet qed tagħmel l-ilma waqt li kienet għaddejja bejn l-ibħra internazzjonali fl-Lvant ta' Malta.

Il-grupp ta' 78 immigrant li komplew il-vjaġġ tagħhom lejn l-Italja jinsabu f'qagħda tajba.

Il-wasla ta' dawn il-ħames immigranti żieda t-totall ta' immigranti li waslu Malta permezz ta' dgħajsa għal 108. Il-wasla tagħhom tfisser ukoll li l-ammont ta' immigranti li nġiebu Malta minn fuq il-baħar dirett telgħet għal 92. Matul din is-sena nġiebu Malta 13-il immigrant permezz ta' ħelikopter għal attenzjoni medika, filwaqt li sa issa kien hemm ukoll tliet trabi li twieldu Malta.

More in Kronaka