Raġel iwassal lil mara l-ajruport u sa ma wasal ix-xogħol din laħqet waslet l-Ingilterra din kienet is-sitwazzjoni tat-traffiku f'malta f'dawn l-aħħar jiem, speċjalment dalgħodu. Tidher speċi ta' ċajta iżda dawk li kienu mwaħħlin għal sigħat sħaħ fit-traffiku żgur li ma tantx tbissmu bis-sitwazzjoni.
Jekk minn Buġibba trid tasal San Ġwann trid madwar sagħtejn u aktar. Meta it-toroq mill-bidu tal-coast road min-naħa ta' Buġibba sat-telgħa t'Alla w ommu li tibqa għaddeja mill-Għargħur sa tal-balal lejn San Ġwann hu 'chock·a·block'. Fejn anke kien hemm xi xufiera li dehru anke jinżlu jaqdu l-bżonnijiet naturali tiegħu ma' xi ħajt.
Dawk li riedu jiġu minn Ħaż-Żebbuġ weħlu għal kollox fejn it-traffiku kien imwaħħal mill-by pass tas-Siġġiewi sa Ħaż-Żebbuġ, u minn Ħaż-Żebbuġ lejn Qormi u Rabat imwaħħal għal kollox. Persuna minn Ħaż-Żebbuġ sa' San Ġwann ħadet sagħtejn u 22 minuta.
Il-Facebook jagħti stampa ċara ta' dak li qed jiġri fit-toroq kollha Maltin.