Il-President qalbha maqsuma wara l-inċident li ħalla 26 persuna feruti

Dwar il-miżuri ta' sigurta waqt l-avveniment qalet li għaddejja inkjesta maġisterjali

Il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet illejla li għandha qalbha maqsuma wara l-inċident gravi li ġara wara nofs in-nhar meta 'supercar' misjuqa minn barrani waqt avveniment li l-uffiċċju tagħha hu responsabbli minnu spiċċat titlef il-kontroll u tibqa dieħla fin-nies li kienu preżenti fejn weġġgħu 26 persuna. L-avveniment kien Paqpaqli għall-Istrina li kien qed jiġbor fondi għal Community Chest Fund li hi mmexxija mill-istess president.

Hi qalet li ma setgħetx iżżomm id-dmugħ meta żaret dawk feruti l-isptar Mater Dei u bdiet timmaġina l-familjari tagħhom minn xhi9ex kienu għaddejjin.

Mistoqsija dwar il-miżuri ta' sigurezza li kien hemm fl-avveniment li l-uffiċċju tagħha hu involut fl-organizazzjoni u l-promozzjoni tiegħu, l-president qalet li għaddejja inkjesta maġisterjali u ma riditx tinfluwenza b'xi mod din l-inkjesta.

Hi qalet li l-avveniment kien inxurjat u l-Community Chest Fund kien qed jissaportja lil dawk kollha involuti.

More in Kronaka