Stqarrija ta' Radio 101 dwar it-tkeċċija ta' DJ Lito

Tgħid li l-kummenti m'humiex xierqa għal preżentatur fuq stazzjon politiku

Fid-dawl ta’ kummenti li ma humiex xierqa għal preżentatur fuq stazzjon tar-radju ta’ partit politiku, it-tmexxija ta’ Media.link Communications ħasset li kellha twaqqaf b’effett immedjat lil DJ Lito milli jkompli bil-programm tiegħu fuq Radio 101. 

It-tmexxija ta’ Media.link Communications tieħu din l-okkażjoni sabiex twassal is-solidarjeta’ tagħha mal-vittmi u l-qraba tagħhom f’ dan il-mument diffiċli wara l-inċident tal-bieraħ. 

Radio 101, flimkien mal-meżżi l-oħra ta’ Media.link Communications se jibqgħu jwasslu l-aħħar aħbarijiet b’rabta ma’ dan l-inċident lill-poplu Malti u Għawdxi.

More in Kronaka