[Aġġornata - Filmat] Sparawlu f'rasu u żaqqu f'garaxx

F'Birkirkara, dan l-avukat kien magħruf bħala l-President tal-Għama

L-Avukat Chircop kif jidher fuq is-sit tal-Banda Duke of Connaught
L-Avukat Chircop kif jidher fuq is-sit tal-Banda Duke of Connaught

Dalgħodu għall-ħabta tas-7.30 ta' filgħodu, instemgħet sparatura f'Birkirkara f'garaxx fi Triq John Borg. Ir-raġel li intlaqat minn ħames tiri, f'rasu u f'żaqqu ġie identifikat li huwa Carmel Chricop ta' 51 sena minn Birkirkara.

Chircop ġie kkonfermat mejjet fuq il-post. Chircop li huwa avukat, kien konsulent legali tal-Awtorità Marittima Maltija u fl-2008 kien waqqaf il-kumpanija legali tiegħu Chricop Advocates. L-istess kumpanija ingħaqdet ma' Dingli & Dingli fl-2013. Chircop kien waqqaf ukoll Quorum Corporate Services li toffri servizzi ta' accounting.

Kien magħruf ukoll bħala l-President ta' Duke of Connaught band club.

Sorsi qrib il-Pulizija qalu li nstab viċin tad-daħla ta' kumpless ta' garaxxijiet qrib l-iskola primarja. 

More in Kronaka