Mara Eritreana ta' 41 sena tinsab f'qagħda kritika wara li ntlaqtet minn vettura aktar kmieni dalgħodu.
L-inċident tat-traffiku seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-sebgħa neqsin għaxra fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar, meta l-mara, li toqgħod Birżebbuġa, ntlaqtet minn vettura tal-għamla Peugeot Partner misjuqa minn raġel ta’ sitta u sittin sena residenti l-Ħamrun.
Il-mara għalhekk ittieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn ġie stabbilit li kienet f’qagħda kritika.
Il-każ qiegħed jiġi nvestigat mill-Pulizija tad-Distrett.