Oyster card 5 minuti…Tal-linja card 15+ ġranet
Ilmenti kbar mit-turisti dwar it-trasport pubbliku
minn John Busuttil
Lukandiera ilmentaw mal-ILLUM li qed ikollhom ma’ wiċċhom ilmenti kbar dwar it-trasport pubbliku f’Malta. Qed jilmentaw dwar nuqqas ta’ servizz tajjeb u anke dwar il-fatt li qed jippruvaw japplikaw għal tal-Linja Card ġimgħat qabel jaslu Malta u din ma taslilhomx, tant li jispiċċaw il-vaganza u jiqbgħu mingħajr tal-linja Card.
Meta ġiet introdotta tal-linja Card f’Malta lil ġurnalisti kienu qalulhom li din se tkun bħal speċi ta’ Oyster card li hemm Londra. Card għat-trasport pubbliku li titlestielek f’massimu ta’ 5 minuti. Hawn taħt għandna prova fejn koppja ta’ turisti applikaw għaliha fejn talbu biex din tiġi mibgħutha l-lukanda fejn kienu se joqogħdu. Għaddew ħmistax u din għadha ma tlestietx. Din il-koppja mistennija tasal Malta nhar it-Tnejn u Tal-linja Card baqgħet ma waslitilhomx. Xi ħaġa li dawn it-turisti qed jitkażaw b’Malta u żgur li se jirridkolawna madwar id-dinja fuq is-siti soċjali.
General manager ta’ lukanda partikolari li ma xtaqx juri ismu, imma l-ILLUM għandu d-dettalji kollha bagħtilna l-korrispondenza kollha li għaddiet bejnu u bejn il-koppja ta’ turisti. Fejn l-applikazzjopni saret fl-14 ta’ Ottubru u s’issa għadha ma tlestietx.
“Ahna qed nippruvaw nagħtu servizz meħtieġ lit-turisti tagħna, imma b’din it-tip ta’ attitudni ċertament mhix tgħin lilna l-lukandiera biex inħaddmu talinja card mat-turisti. Dan apparti t-tgergir li qed nirċievu kuljum mingħand dawk li jħallsu l-paga tagħna dwar it-trasport pubbliku” tenna manager ta’ lukanda fil-Qawra
Sent: 14 October 2015 11:19 Subject: our stay in Malta
Hallo,
Me and my boyfried coming to your hotel next Sunday (25th of October)
We would like to ask you if it won't be problem or any inconvenience for you if our tallinja card would come to your hotel
thank you in advance !
2015-10-14 11:26 GMT+02:00 Hotel……
Hello,
Thanks for your email.
No, it is no problem if the Tal-linja Card arrive at hotel.
Thanks see you in Malta.
Regards
2015-10-14 11:40 GMT+02:00 hotel……
When do you book it so I will see how long it takes?
Sent: 14 October 2015 11:41 Subject: Re: our stay in Malta
I booked it few hours ago, hope it would be delivered on time.
Please (if its not a problem) let me know when it will be in your hotel.
2015-10-14 11:45 GMT+02:00 hotel…..
No problem,
You give them this address right?
……………… Qawra
Sent: 14 October 2015 11:43 Subject: Re: our stay in Malta
Yes,
Thank you :)
2015-10-23 10:39 GMT+02:00 hotel………
Hello,
Please note that as at today we have not receive the tal-linja card.
Can you please perhaps send them an email.
Regards
Sent: 23 October 2015 10:39 Subject: Re: our stay in Malta
Hello,
Thank you for your email.
Im trying to contact them but its really hard, cause they dont answer my emails and facebook message either.
Dan ifisser li bbukkjaw għal Tal-Linja Card fl-14 ta’ Ottubru u sa nhar il-Ġimgħa mhux biss kien għadu ma wasal xejn iżda lanqas biss wieġbu lil klijenti tagħhom. Dan hu s-servizz mogħti minn din il-kumpanija lit-turist li jiġi Malta. Dan hu l-isem sabiħ li qed jagħtu lil Malta mat-turist. U dan meta fuq il-mezzi tax-Xandir jidhru reklami kontinwi dwar tal-Linja Card u lil ġurnalisti kienu qalulhom biex iwasslu l-messaġġ li Tal-Linja Card hi speċi ta’ Oyster Card għal Malta.