Mara ta’ wieħed u ħamsin sena sofriet ġrieħi gravi meta dalgħodu ntlaqtet minn open top bus. L-inċident tat-traffiku seħħ għall-ħabta tal-10:55 p.m. fi Triq Dun Karm, Birkirkara, magħrufa aħjar bħala l-Bypass ta’ Birkirkara. Il-mara, li toqgħod fl-istess lokalità, ntlaqtet minn vettura tal-għamla Dennis Trident li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni tal-Imsida minn raġel ta’ tletin sena residenti l-Gudja.
L-istħarriġ fil-każ qed isir mill-Pulizija tad-Distrett.