Qed ikun irrappurtat li mara mill-belt ċkejkna ta’ Wallenfels, li tinsab qrib il-fruntiera mar-Repubblika Ċeka, sabet il-ġisem ta’ tarbija waħda.
Meta mbgħad il-pulizija marru fuq il-post, indunaw li kien hemm sitt iġsma oħra fl-istess kamra.
L-iġsma qed ikunu investigati minn esperti forensiċi. Intqal, iżda, li l-eżaminazzjoni mistennija tieħu ħafna żmien hekk kif dawn instabu f’kundizzjoni ħażina ħafna.
Il-pulizija għadhom qed ifittxu lil sid id-dar, mara ta’ 45 sena u għadu mhux magħruf jekk it-trabi inqatlux f’dik ir-residenza jew le.