Żewġ tfajliet taħt l-eta f'qagħda kritika f'inċident fi club f'Paceville

71 ferut...sitta minnhom taħt l-eta

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tan-nofsiegħa, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident ġewwa Triq San San Ġorg, San Ġiljan.

 

Il-Pulizija ta’ San Ġiljan marru mmedjatament fuq il-post fejn minn stħarrig preliminari rriżulta li diversi persuni ndarbu wara li ġenb ta’ taraġ li huwa magħmul mill-ħġieġ ċeda u konsegwement waqqgħu ġo taraġ ta’ stabbiliment ieħor.

 

Fuq il-post issejħu diversi ambulanzi kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-vittmi. L-eta’ tal-persuni li ttieħdu l-isptar tvarja bejn it-13 u l-25 sena. Id-dettalji dwar l-ġrieħi tagħhom għadhom qegħdin jiġu stabbiliti.

 

Fost l-vittmi, kien hemm tfajla ta’ 13-il sena li ġiet ċċertifikata li tinsab f’qagħda kritika. Sadattant sar magħruf li hemm oħra ta' 15-il sena li wkoll tinsab f'qagħda kritika

 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D Clarke LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka