Xquq kbar fis-soqfa tal-Car Park ta' Mater Dei

The Sunday Times b'ritratti ta' xquq kbar li jkomplu juru l0istruttura dgħajfa li nbena biha l-isptar Mater Dei

ritratt mill-portal ta' timesofmalta.com
ritratt mill-portal ta' timesofmalta.com

The Sunday Times dalgħodu ħarġu b'ritratt li għandu jinkwieta bil-bosta meta jidhru xquq kbar fil-konkrit tas-soqfa tal-isptar mater Dei. Dawn ikomplu juru l-istrutturi dgħajfa li nbena bih Mater Dei u żgur li se jwasslu biex il-gvern se jkompli jitlob għar-rikumpens minn min hu responsabbli.

The Sunday Times of Malta qalet li hi nformata li l-Arup, kumpanija multinazzjonali tal-inġinerija kienu qed jifinalizzaw is-survey tagħhom f'dawn l-aħħar jiem meta iltaqgħu ma' dawn ix-xquq fil-car park.

Dan kien qed isir fuq ordni tal-gvern biex jikkwantifika l-kwantita ta' spejjeż ta' difetti strutturali li s'issa hu msemmi li s-somma se tkun akbar minn dik ta' €30 miljun. Il-gvern hu lest li jibda battalja legali kontra Skanska biex jiġbor l-flus kollha li tħallsu tax-xogħol ħażin u dgġħajjef li sar fuq l-isptar. Skanska qed tiċħad kollox.

More in Kronaka