Bugħaddas Ingliż għereq id-Dwejra

Kien qed jogħdos ma' grupp ieħor ta' għaddasa

Aktar kmieni llum għall-ħabta tas-siegħa u kwart , il-Pulizija tal-Għassa tar-Rabat Għawdex ġew infurmati li kien hemm għaddas ġewwa d-Dwejra li kellu bżonn l-assistenza.

Hekk kif il-Pulizija waslu fuq il-post sabu raġel Ingliż ta’ 52 sena u li għal xi raġuni kien sab ruħu f’diffikulta’ waqt li kien qed jogħdos ma’ grupp ta’ għaddasa. Hu kien ittella’ fuq il-blat min-nies li kien hemm fl-akwati. Ir-raġel ġie mgħoti l-ewwel għajnuna sakemm waslet ambulanza, iżda sfortunatament ġie ċċertifkat mejjet fuq il-post. 

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha, filwaqt li ġiet appuntata inkjesta.

More in Kronaka