Il-moħħ wara l-att terroristiku f'Pariġi konfermat li nqatel

L-uffiċċju tal-prosekutur ta' Pariġi jgħid li t-terrorista kien identifikat minn kampjuni tal-ġilda

Skont l-Associated Press ħarġet l-aħbar li l-moħħ wara l-attakk terrosristiku f'Pariġi li ħalla 129 persuna mejta ġie maqtul mill-pulizija Franċiża waqt li rejd li sar il-bieraħ f'St Denis f'Pariġi. Sa ftit ilu ma kienx magħruf jekk dan it-terrorista li ftaħar li hu dejjem kien pass qabel l-intelliġenza Ewropeja, kien fost il-maqtula jew le. Iżda skont il-prosekutur Pariġin  Francois Molins' qal li Abdelhamid Abaaoud ta' 27 sena kien identifikat bħala wieħed mill-mejtin wara li kampjuni mill-ġilda tiegħu qablu. Sadattant miegħu inqatlet ukoll l-ewwel mara bomba suwiċida li qatt kien hemm fl-Ewropa li splodiet lilha nnifisiha u li tiġi l-kuġina tat-terrorista maqtul.

Hasna Ait Boulahacen il-kuġina tat-terrorista maqtul li kienet l-ewwel mara li splodiet lilha nnifisha fl-Ewropa
Hasna Ait Boulahacen il-kuġina tat-terrorista maqtul li kienet l-ewwel mara li splodiet lilha nnifisha fl-Ewropa

 

More in Kronaka