Għal ħafna snin l-istazzjon Telejato kien l-istazzjon viġilanti kontra l-MAFIA, l-uniku stazzjon li jiġġieled kontra l-MAFIA ta' Sqallija. Issa qed jirriskja li jiġi magħluq: Telejato hu l-istazzjon televiżiv minn Trapani li jirrapreżenta l-ġlieda kontra l-kankru tal-MAFIA fit-territorju Sqalli. Dan l-istazzjon kien dejjem jittella l-qorti biex jippruvaw jgħalquh għax dejjem iġieled għal Sqallija differenti. Issa donnu li l-MAFIA sabet mezz kif tista tagħlaq dan l-istazzjonon li hu xewka kbira f'dahra. Il-qorti Ewropeja qed iġġiegħel lil Telejato biex iwaqqfu t-trasmissjonijiet wara li l-awtoritajiet Maltin għamlu rikors għax il-frekwenza ta' Telejato qed tiddisturba t-trasmissjonijiet diġitali ta' Malta. Pino Maniaci li hu l-persuna li jmexxi dan l-istazzjon qed jgħid li Telejato mhux vera qed jiddisturba l-frekwenza Maltija iżda qed jiddisturba l-frekwenza tal-MAFIA. Dan kollu skont is-sit elettroniku change.org fejn qed issir petizzjoni biex dan l-istazzjon ma jitwaqqafx u s'issa hemm 'il fuq minn 15,000 firma.