Dino Zoff ilu 3 ġimgħat l-isptar…qed ibati biex jimxi

Il-goalkeeper Champion tad-Dinja (1982) u tal-Ewropa (1968) milqut minn problema newroveġetetativa

Dino Zoff leġġenda Taljana tal-Football ilu għal dawn l-aħħar 3 ġimgħat rikoverat fi klinika f'Ruma. Qed jingħad li ntlaqat minn problema newroveġetativa li tista' tkun speċi ta' dipressjoni li tattakka s-sistema tal-moħħ li tmexxi l-funzjonijiet awtomatiċi tal-ġisem, fejn qed ibati ħafna biex jimxi. Dan żvelah il-messaggero li qal ukoll li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll u qed jagħti sinjali ta' titjib. Zoff li għandu 73 sena imwieled f'Mariano dei Friuli bħalma għamel fil-karriera tiegħu qed jiġġieled kontra din il-marda mingħajr ma jċedi għaliha b'forza inkredibbli.

More in Kronaka