Mhux vera li t-tigra gidmet ras it-tifel - direttur ta' Montekristo
It-tfajjel weġġa gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt
More in Kronaka
It-tfajjel weġġa gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt
Jean Paul Sammut, direttur f'Montekristo Estate, ta' Polidano Bros, qal li t-tifel weġġa bid-dwiefer tat-tigra għax l-annimal kien qed jipprova jilgħab mat-tfajjel. "Nixtiequ nuru solidarjeta mal-familja. U mill-ewwel investigazzjonijiet li għamilna kien li t-tigra kellha magħha żewġ 'handlers' jmexxuha u hi kienet mitluqa mal-art meta sar l-inċident. F'daqqa waħda it-tfajjel mar ħdejn it-tigra u t-tigra dawret saqajha miegħu u laqtitu bid-dwiefer tagħha f'wiċċu. Fl-ebda ħin it-tigra ma gidmitu." Sadattant xhud, Ritienne Spiteri qalet lil malta Today li hi flimkien ma' ħabiba tagħha u tmint itfal oħra kienu qed jilagħbu mal-carousel filwaqt li l-ġenituri kienu faċċata. "Iż-żewġ 'handlers' resqu viċin il-kafetterija bit-tigra fejn żewġ nisa kienu qed jieħdu ritratti tat-tigra...sadattant tifel qasam il-passaġġ u f'daqqa waħda it-tigra ħatfet lit-tfajjel u għannqitu magħha. Dak li kien qed jieħu ħsieb lit-tigra beda jagħti lit-tigra sa ma telqitu." Spiteri qalet li kien hemm id-demm fl-art u marru l-cleaners li naddfu l-post mill-ewwel. It-tfajjel kien ma' raġel ta' 59 sena. Hu ttieħed l-isptar fejn ġie mdewwi għal ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.