[AĠĠORNAT 2] Il-Pulizija qatlet żewġ terroristi li qatlu 14 f'Kalifornja

Mhux eskluż li dan kien xi attakk terroristiku

Il-pulizija qatlet żewg suspettati li huma mweldin l-Amerika, Syed Rizwan Farook ta 28 sena u tfajla ta 27 sena Tahleen Malik. Il-vittmi telgħu għal 14. 

Aktar Qabel...

Il-pulizija f'San Bernardino Kalifornja rrapurtaw li kien hemm sparatura fejn fiha weġġgħu diversi nies. Qed jissemmew li hemm madwar 20 persuna bejn feruti u mejtin. Il-pulizija qalet li qed tipprova twaqqaf lil min spara iżda l-inċident għadu għaddej fejn qed jisuspettaw li jista jkun persuna waħdu u anke tlieta li sparaw fuq in-nies. Xhiedha qalu li kienu tnejn l-persuni li kienu mgħammda u lebsin ħwejjeġ tal-iskiing u niżlu minn van SUV skura. Iżda rapporti mhux konfermati qalu li s-=susepettati kienu tlieta armati b'rifles it-tip ta' AK-47. L-attakk sar fi blokki ta' uffiċini li jinkludi uffiċċji ta' servizzi reġjonali li joffri servizzi lil dawk b'diżabilita. Jingħad ukoll li l-pulizija sabu xi splussivi li qed jippruvaw iżarmawhom. Sadattant hemm biża li l-persuni li sparaw jinsabu fl-uffiċċini fejn hemm xi nies maqbuda fl-uffiċċini li qed jiktbu fuq sms's li jinsabu moħbija f'uffiċini u hemm diversi nies feruti jew mejta. Il-pulizija qed jibżgħu li jistgħu jsibu quddiemhom sitwazzjoni ta' ostaġġi. Għalkemm qed jingħad li dawn ħarbu bl-SUV sewda. 

More in Kronaka