Il-qattelin kienu miżżewġin u kellhom tarbija ta’ sitt xhur

Farook Kien mar l-Arabja Sawdita u ġab  lit-tfajla minn hemm u żżewġu sentejn ilu

Syed Rizwan Farook, 28 sena, u Tashfeen Malik, ta’ 27 sena, iż-żewġ qattelin tal-istraġi f’San Bernardino fejn waqt sparatura inqatlu 14 kienu miżżewġin u kellhom tarbija ta’ sitt xhur li l-bieraħ qabel l-attakk li wettqu ħallew din it-tifla man-nanna. Din il-koppja ġiet maqtula mill-pulizija.

Id-direttur tal-Kunsill dwar ir-relazzjonijiet Iżlamiċi fl-Amerka qal lis-CNN li kien xokk kbir għal familja ta’ Farook u ma jistgħux jispjegaw x’wassal biex din il-koppja għamlu dan l-att. Anke sħabu tax-xogħol li salvaw ħajjithom għax dak il-ħin tal-attakk kienu fit-toilet iddeskrivew lil farook bħala persuna edukat u riservat li qatt ma wera sentimenti estremi. Kien musulman li josserva r-reliġjon tiegħu iżda qatt ma tkellem dwar ir-reliġjon fuq il-post tax-xogħol. Hu kien jaħdem bħala spettur sanitarju fl-uffiċini li hu stess attakka.

Farook dan l-aħħar kien mar fis-Sawdi Arabja u irritorna b’mara li hu kien sar jaf fuq l-internet. Wara żżewġu u kellhom tarbija sitt xhur ilu. Min kien jafhom qalu li kienu qed jgħixu ħajja tajba u komda fl-Amerka. Il_Los Angeles Times irrapurtaw li ilhom miżżewġin sentejn.

More in Kronaka