Muhaydin Mire, 29, ta' Sansom Road, East London, ittella l-qorti dalgħodu akkużat b'attentat ta' qtil ta' raġel ta' 56 sena. Mire wasal il-qorti taħt sigurta kbira wara li nhar is-Sibt f' Leytonstone Underground Station b'sikkina u bl-għajta 'Din Għas-Sirja' ħanxar għonq raġel li kien għaddej fl-underground flimkien ma' membrui ieħor tal-familja. Fortunatament ir-raġel ma mietx u filwaqt li sofra qatgħa ta' 12-il ċentimetru f'għonqu għadu rikoverat fl-isptar. Mire deher bid-dmugħ f'għajnjeh waqt li kien il-qorti. Hu ġie mwaqqaf fl-undergorund meta l-pulizija sparawlu b'taser gun. Sadattant il-pulizija Ingliża żiedet is-sigurta fl-underground kollha ta' londra fejn hemm anke klieb.