Ftit qabel is-sebgħa ta' filgħodu, il-Pulizja ġew infurmati b'inċident f'Ħaż-Żebbuġ. Hemmhekk, karozza misjuqa minn żagħżugħ ta' 23 sena mill-Munxar Għawdex, għal xi raġuni inqalbet.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li ż-żagħżugħ tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu wara li laqat is-central strip, u minħabba f'hekk inqalbet il-karozza.
Ix-xufier ittieħed l-Isptar fejn irriżulta li kien qed isofri xi ġrieħi ta' natura ħafifa.