Raġel jitlef ħajtu f'inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi

Raġel ta' 63 sena mis-Siġġiewi ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post

Raġel tilef ħajtu wara li ntlaqat minn karozza fi Triq Dun Manwel Zammit, is-Siġġiewi, illum għall-ħabta tal-16.50 ta' wara nofsinhar.

Minn investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija jidher li r-raġel intlaqat minn vettura tat-tip Mitsubishi Shogun, misjuqa minn ġuvni ta’ 25 sena, residenti s-Siġġiewi.

Il-vittma li għandu 63 sena u huwa  ukoll residenti s-Siġġiewi, ġie ċċertifikat bla ħajja fuq il-post.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa fejn ħatar diversi esperti biex jassistu f’inkjesta.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħaż-Żebbuġ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka