GWU: It-talba tal-ġurnalisti kienet għal żieda fil-grad

L-ilment mal-Union ma kienx dwar il-kwistjoni ta' Rachel Baldacchino

F'kummenti ma' L-Illum.com.mt  is-Segretarju tat-Taqsima Finanzi, Professjonisti u Servizzi tal-GWU, Charles Galea qal li fil-każ tal-erba ġurnalisti, Tony Dimech, Brandon Pisani, Rodney Vassallo u Daphne Cassar l- ilment mal-GWU ma kienx dwar il-każ ta' Rachel Baldacchino, li dwaru kien hemm seba ġurnalisti oħra li fetħu kawża quddiem it-tribunal Industrijali tal-qorti.

Galea qalilna li l-ilment ta' dawn l-erbgħa kien li jitilgħu grad u minn 'journalists' jieħdu l-grad ta' 'video journalists'. Dan ifisser, li jitilgħu minn grad F għal Grad Ġ . Fil-fatt din it-talba ntlaqgħet mill-PBS u l-ġurnalisti kollha telgħu grad minn nhar il-Ħamis li għadda u ħadu żieda ta' €350 fis-sena. 

More in Kronaka