Raġel ta’ 30 sena mill-Birgu sofri xi ġrieħi wara inċident bil-mutur li kien qed isuq.
Il-pulizija kkonfermat li l-inċident seħħ għall-habta tal-10am, fi Triq il-Kosta. Jidher li l-mutur li kien qed isuq skiddja.
Fuq il-post marret l-ambulanza biex tassisti lil ferut.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa, iżda jidher li r-raġel ma sofriex ġrieħi gravi.