Skont l-BBC, Ansa u Associated Press, it-truppi Iraqqini daħlu fil-kumpless givernattiv ta' Ramadi u ħatfuh lura mingħand l-ISIS.
Il-militar Iraqqin qed jimxi bil-mod u b'kawtela minħabba li jafu li dik il-parti tista tkun mimlija splussivi. Il-Jihadisti ħarbu lejn in-naħa ta' fuq ta' Ramadi li kienet waqgħet f'idejn l-ISIS f'Mejju li għaddha. Il-forsi tal-gvern irnexxielhom jidħlu saċ-ċentru tal-belt. Il-ftit mijiet li baqa mill-gwerriera Iżlamiċi qed jopponu bis-saħħa l-avvanzata tal-armata tal-gvern. Il-ġeneral Ismail al-Mahlawi spjega li l-offensiva miexja bil-mod minħabba diversi attakki suwiċida, nasbiet u mini li l-eżerċitu għandu bżonn aktar jiem biex ineħħihom bie xb'hekk jieħu l-kontroll assolut tal-belt li hi provinċja Sunna. Għalkemm l-Associated press qed tgħid li uffiċċjal ieħor Iraqqin qal li l-eżerċitu għadu qas ħa l-kontroll ta' kwart tar-reġjun li jinsab 130 kilomteru minn Baghdad,