Diversi nazzjonijiet ingħaqdu mal-Għarabja Sawdija f'azzjoni diplomatika kontra l-Iran li bħalissa tinsab fi ġlieda kontra l-Għarabja Sawdija wara li dawn qatlu lil Immam Musulman tas-Shia, Sheik Nimr. Il-bahrain qatgħet kull rabta mal-Iran u keċċew lill-ambaxxatur Iranjan mill-pajjiż filwaqt li l-Emirati Għarab naqsu lit-team diplomatiku Iranjan. l-Għarabja Sawdija nhar il-Ħadd taw jumejn żmien biex id-diplomatiċi Iranjani jħallu lil pajjiż wara l-attakk li kien hemm fuq l-ambaxxata tas-Sawdija f'Teheran. Is-sawdija u l-Iran huma l-poteri prinċipali tas-Sunni u Shia li jaqblu mal-opposti tagħhom fis-Sirja u l-Yemen. Bahrain li huma mmexxija mir-re Musulman Sunnu anke jekk għandhom popolazzjoni b'maġġoranza Shita, illum xorta keċċew lid-diplomatiċi Iranjani. Huma akkużaw lill-Iran li qed jindaħlu fl-affarijiet interni tal-istati tal-Golf u qed jaqilgħu ħafna inkwiet intern.