Anzjana tmut wara li taqa' it-taraġ f'residenza fis-Swieqi

Il-mara ta' 68 sena mietet waqt li kienet qed tagħmel xi tindif f'residenza fis-Swieqi

Anzjana ta’ 68 sena minn Ħal Qormi tilfet ħajjitha wara li waqgħet it-taraġ ta’ dar fis-Swieqi.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-2:30pm fi Triq Pedidalwett. Hu mifhum li l-mara kienet qed tnaddaf.

Ambulanza ħadet lil mara l-isptar fejn mietet ftit tal-ħin wara għall-ħabta tal-11:15pm.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li nħatret inkjesta maġisterjali.

More in Kronaka